Kalzri.

 

Dan kalzri li minnu rrid naħrab

Biex għada nispiċċa mar-riħ,

Jew noħroġ nixxiegħa minn blata

Bil-ħatar inxebba bis-sħiħ

 

Bid-dmugħ qed iżerżaq m’għajnejja

Bid-dieqa ta’ sabar bla kejl

Tisfira ta’ grillu li tidwi

U tisgħar fis-skiet ta’ mal-lejl.

 

Trabokk dan t-għassfur li jittajjar

Viżjoni ta’ xefaq bla tmiem

Maħkum mill-irwiefen tal-ħajja

U l-qilla tal-ajru bla lġiem.

 

Alfred Grech

25/07/2023

Comments

Popular posts from this blog