Muża.

 

M’għadiex toħroġ u tittajjar;

M’għadiex toħroġ kif nixtieq;

M’għadiex tofroq barrikati

Sew fil-ferħ u sew fid-dieq.

 

M’għadiex tlellex u titttajjar

M’għadiex warda minn ġol-ġnien

Lanqas f’waqt li  lili tħenni

M’għada tiġi minn x’imkien.

 

Lanqas naf x’ser naqbad nagħmel

Biex inkebbes nerġa’ x-xrar,

Għandix lura nerġa’ nterraq

U nfittixha mqar fiċ-ċpar.

 

Alafred Grech

08/07/2023.

 

Comments

Popular posts from this blog