Skiet.

 

Tifimha biss jekk tidħol ġo qoxortok

Inkella tħarrek ċagħqa minn tax-xtajta,

Hemmhekk fejn qatt ma morna nkella għexna

Taħt xemx li taqli l-iġsma qed jixxemxu.

Hemmhekk fis-skiet jirbombja ta’ madwarna

Fejn tgħaddi minn ġol-masġar mingħajr biża’,

U tfesdaq ħsibijiet mingħajr ma tiżen.

Għalhekk tixtieq li taqta’ dis-sekwenza

Fejn ħafna loanqas jafu sewwa sewwa

X’hemm ġo das-skiet; is-skiet tal-eżistenza.

 

Alfred Grech

19/07/2023.

Comments

Popular posts from this blog