Stajt Ġejt
Hawn.
Stajt ġejt hawn fid-dawl tax-xemx
Nirrifletti r-raġġi tagħħa
B’fanal f’idi nfittex raġel;
Jew ġejt hawn fuq l-istazzjon
Biex iġġorni ferrovija
Lejn il-vjaġġ li qatt m’għamilt;
Jew stajt naqra dak il-ktieb
Biex jeħodni fil-pajjiż
Illi fuqu nista’ nirfes.
Niġi hawn qalb folla nies
Li jitkellmu b’ilsna ġodda
Fost it-torrijiet li bnew.
U għad nikteb narrattiva
U nsejjġilha: Grajja Tiegħi.
Alfred Grech
05/07/2023.
Comments
Post a Comment