181.

 

Ikun in-nar li jixwi fuq gradilja,

Jew dak il-ħruq li jobrom ġol-istonku,

Il-magma ħierġa tfawwar mill-kraterji

Ta’ xi vulkan mill-qiegħ tal-homo sapiens.

 

Xi tkun il-qilla ta’ kull min jibgħatlek

Is-saħta f’dagħa u krib mingħajr tifsira,

Min min qatt biss ma mess id-diwi tegħek

Dik l-arpa li stunat mal-mess tas-swab?.

 

Mingħajr id-daqq tat-trombi din tasallek

Fil-Ġnien tal-Għeden, xmara tat-tnissija

Fejn kont iddur żugraga mal-irwiefen

U fil-misteru jostor dell is-seħer.

 

X’jgħidula din? Mibegħeda? Nkella Ħażen?

Dell tqil li joħroġ mill-infern tal-bniedem.

 

Alfred Grech

18/08/2023

Comments

Popular posts from this blog