182.

 

Ma stajna nifhmu qatt il-ħlieqa x’kienet

Li niġu hawn interqu f’din il-plajja

Jekk nafu li ta’ nżul ix-xemx l-indiema

Tħallina ta’ kuljum bit-togħoma morra.

L-għorrief il-kbar li ġew sabiex jgħalmuna

ma siktuniex u lanqas taw tweġiba

bqajna hawn weħidna niflu kull tħaqqiqa

U minn ġol-labirinti l-leħel jidwi

Loppju divin itaffi dwejjaq ruħna

sakemm ribelli sirna kif mistenni

u bdejna naħsbu b’moħħna u nagħrfu s-sewwa

għax il-ħelsien hu toqol li trid terfa’

tagħżel minn rajk, ma tħalli ’l-ħadd ibiddlek

u toħroġ jekk jinħtieġ mill-merħla ’l-barra.

 

Alfred Grech

20/08/2023

Comments

Popular posts from this blog