Hekk Biss.
Hekk biss
Xħin l-għajnejn iduqu
Ir-raġġi tad-dawl verġni
Ħiereġ mid-diadema
tal-qaddisin
Jew l-ilsna tan-nar
it-tnebbieħ
In-nar divin imqieghed
fil-vojt ta’zokk tal-busbies
li l-poeta jsir
ir-rifessjoni
Bħal mera msadda ta’ ruħ
imdejjqa.
U l-ebda traqqih
mirqum kemm hu mirqum
Ma jista’ jrodd il-qawwa
tal-waqt li jibqa’ għal
dejjem.
Hekk u hekk biss
l-għajnejn ta’ bniedem huma
x-xiedha
tal-isplendur
tal-kuruna dehbiena
li titqiegħed fuq il-qurriegħa
tal-magħżul
biex iwelled il-għanja
li ma tmut qatt.
Prinċep tal-kwiekeb
Għajnejħ fuq is-sħab
Ankrat bil-ktajjen tal-eżistenza.
Gawduh il-fosfru Fiddien
Li jarmu imsiebaħ il-lejl.
Gawduħ sakemm għadu d-dlam.
Alfred Grech
13/08/2023
Comments
Post a Comment