Id-Dmugħ ta’ San lawenz.

 

Stennejn lil xulxin

Taħt sema mimli kwiekeb

Parata ċelesti u doċċa ta’ qtar sieket.

Tkelllimna u ntbaħna

 

Bid-dmugħ ta’ ferħ

Fuq ħaddejn is-smewwiet.

U dawn waqtiet lil bqajna niftakru.

 

Kont għedtli:

Kull kewkba li taqa’ hi xewqa moħlija

Fesfistli f’widnejja xi ħaġa moħbija

Kont għedtli:

Il-kwiekeb li jaqgħu tamiet li jaħarbu

Inkella dan tagħna hu ħolm li jittajjar.

 

Iż-żifna tagħna hi poeżija kosmika

Ta’ faraġ das-skiet u d-dlam ta’ bejnietna.

 

Alfred Grech

08/08/2023.

Comments

Popular posts from this blog