Imqar ‘Kk Ma Nitkellmux.
Imqar ‘kk ma nitkellmux il-leħen tiegħi
Int tgħaraf kull xħin nikteb poeżija,
Fid-dlam li
hemm bejnietna stajt tilmaħni
U hekk sirt taf li jiena mhux bħal ħaddieħor.
Kien hemm
il-baħar jaqsam ta’ bejnietna,
Iżd’int
waqajt mis-sema u ġejt ġo ħoġri,
Jien bżajt
li mqar hawnhekk mhux ser ninftiehmu,
Għalkemm it-tnejn
imdawwra madwar mejda.
Jien stajt
nissinkronizza l-arloġġ tiegħi
Mal-ħin
tiegħek: iżd’int dlonk bdejt titbissem.
Kont taf x’ser
ngħidlek qabel ma ftaħt ħalqi
U jiena
fhimt li kellha tkun darb’oħra.
Alfred
Grech
10/08/2023
Comments
Post a Comment