La Tiġix ’l-Hawn.

 

La tiġix ’l-hawn

Mingħajr ma tilbes kappa

Għax minn hawnhekk  

Żgur ħadd mhu ser jiskappa.

 

U tiġix ’l-hawn

Iġġibx id-dadi tiegħek

Għax id-destin

Jitwieled dejjem miegħek.

 

Dawk il-waqtiet

Ta’ dieqa u ragħwa bajda

Huma t-tberfil

Tal-baħar wara sajda.

 

Imma ruħek bħal baħar

Għax dejjem hemm ix-xrara

Imqar jekk kulħadd sieket

Ma tiskot qatt u dejjem jibqa’ x’tara.

 

Alfred Grech.

02/08/2023.

Comments

Popular posts from this blog