Ma Stajtx Nemmen.

 

Ma stajtx nemmen kif ningħalaq

F’ta’ did-dinja l-ħabs krudil,

Meta stajt, nittajjar, nogħla

Xejn ma seta’ jkun hekk tqil.

 

Xħin ta’ seqer kelli ġwienaħ

Stajt nittajjar fuq is-sħab

B’hekk insir għasfur tal-passa

Mhux nitmiegħek qalb it-trab.

 

U stajt dort madwar id-dinja

Dan bla xkiel u dan bla rbit,

Bqajt hawnhekk ġo din il-gaġġa

Nerġa’ noftoq dak li nħit.

 

Meta ntbaħt li xħin irmewni

Jien stajt nitlaq, nibda ntir,

Ħieles sirt, fil-beraħ nogħla

Taħt das-sema ikħal nir.

 

Alfred Grech

14/08/2023

Comments

Popular posts from this blog