Mhux Jien Kont.

 

Mħux jien kont il-gwardjan

Li kien iħares b’dawn l-għajnejn

Mit-tieqa tal-fanal

Jinterċetta s-sinjali

Li ġejjin minn min qiegħed

Fit-tiġrib, fit-tbatija, jew qed jegħreq.

 

Mhux jien kont li ġarrejt fuq spallejja

It-pis kollu ta’ kull ħtija

Kell meta s-sireni bdew isejħu

U jien bqajt qatt ma ntrabatt

Mal-arblu tal-bastiment li qed iġorrni.

 

Mhux jien kont il-prim attur

Tar-rakkont li mqar illum

Jixbaħ ħafna tal-imgħoddi l-miti

Sewwasew għaliex huma tal-imgħoddi.

 

Mhux jien kont;

Jien kont biss l-ispettatur

Li jħossu ħati.

 

Alfred Grech

25/08/2023.

Comments

Popular posts from this blog