Nerġa’ Lura.

 

Iva nerġa’ lura lejn Itaka

Inġorr iż-żiffa tal-grigal

Għax waħdek ma nħallikx.

 

Warajja jtellqu l-mewġ li jikkumbati

L-iwiefen tan-nawfraġju

Il-għana tas-sireni

l-imħabba ta’ kull ninfa

U l-miti li jserrħu l-imħuħ.

 

Warajja nħalli rima bir-riħa t’elf mitt warda

U l-qilla tal-allat.

 

Int tkun għalija l-kewkba feġġa

Li taqsam deżert ir-ruħ.

 

Jien nibqa’ biss poeta

Li ħolom id-divin

U ħaddan il-kwiekeb jimirħu

Biex ngħidlek dak kollu li xtaqt tisma’

Fi kliem ġdid.

 

U jekk inti ukoll ma tibqax tarafni

Nibqa’ l-ħrafa

Ta’ wieħed li ssielet mal-allat.

 

Alfred Grech

09/08/2023

Comments

Popular posts from this blog