Niġġerra Għal Xejn.
Niġġerra
għalxejn u naqbeż fuq gradilja
li taħtha n-nar
jixwili jixwili qiegħ saqajja;
nipprova għalxejn
biex toqba f’dinix-xibka
Insib, u minnha darba għal dejjem naħrab.
Għax
dal-fantażmi huma wild in-nebħa;
mostri li
ħloqt u tajthom nifs il-ħajja;
aħjar ma
bdejtx niġġerra f’kurituri
ta’
labirinti bla ma naf fejn sejjer.
Għax stajt
ukoll intajjar tajr l-imgħoddi
biex nerġa’
nqajjem dik is-sensazzjoni
li tlift,
li saret ħolma tan-nawfraġju
Biex kull
ma jmur insir anakroniżma.
Aħjar li ma
ħtaft xejn il-waqt li jsaħħar
u emmint li
riħ ta’ siegħa jnaddaf qiegħa
Għax hekk
il-ħolm li noħlom sar delirju
U kull
filgħodu l-baħħ jiċċassa lejja.
Alfred Grech
30/08/2023.
Comments
Post a Comment