Ħolm.
Ħolm imnaqqas fi-ġebel
Kif l-għanja titla’u tinżel
Mar-ritmi feruti ta’ poeta
mutu.
Imqar jekk kont l-isfinġa
Ta’ bla żmien ta’ bla eta’
Kont nibda’ nemmen fl-għera
tal-bjuda
Fejn tegħreq r-ruħ
Bħalma jegħerqu l-aħħar xintilli
Ta’ kwiekeb jiġġerrew
bl-addoċċ.
Imbagħad fuq il-linji
sfukati
Tal-ibgħat xefaq niflu sewwasew
kull mafkar
Li jfakkarna fiż-żmien li ma
sraqniex
Fil-mirja jbiddlu kollox
fis-sabiħ
U fl-alluċinazzjoni
tal-eqdem mistoqsija . . .
Sinfomija li tibqa’ mhix
mitmuma.
Alfred Grech 27/08/2023.
Comments
Post a Comment