Stennejtek.

 

Stennejtek bħal xemx tiela’ kull filgħodu,

Fil-limbu, mimli ħedla u ta’ bla saħħa;

Imqar jekk ta’ kull darba f’dit-tellieqa

Kont it-tellief xħin tħares minn din-naħħa.

 

U issa li ġejt hawn fuq din ix-xtajta

Biex nikkuntempla l-ħares li nġorr miegħi,

U nogħnos ġewwa d-dlam ta’ mingħajr ir-ritmu

U npinġi fuq is-sħab id-dwejjaq tiegħi.

 

Stennejtek li ser tiġi mqar dalgħodu

Xħin l-aktar kont ninħtieġ il-faraġ tiegħek,

Biex nogħodos ġewwa l-qalba ta’ xbihetek

U b’ħarsa u fuq il-mewġ iġġorni miegħek.

 

Alfred Grech

24/08/2023

Comments

Popular posts from this blog