Titkebbes
Xrar.
Titkebbes xrara
Xħin tibda’
tifhem it-taħdid tal-ward
U l-fwieħa
tal-inċens u l-hwejjeġ ta’ bla isem.
Jittella l-lukkett
U l-bibien
jinfetħu beraħ
Biex jgħaddi
l-uragan
U l-iwiefen
ta’ Oelu.
Il-poeta
jfittex pinna
Biex jaqbda
il-mewġa
Fix-xibka
tal-ħolm.
Imma
l-versi jinkitbu weħidhom
Għax hu jibqa’
spettatur
Iħares.
Alfred
Grech
17/08/2023.
Comments
Post a Comment