Ħallini.
Ħallini
nintilef fil-bur bla konfini,
Ħallini nintilef
fit-tul ta’ bla tmiem,
Ħallini niġġerra
fuq l-andar, fil-plajja,
Sa nilħaq
ix-xefaq xħin niġri ’l-quddiem.
Ħallini ħa
noħroġ mill-qxur ta’ dil-fosdqa,
Dirgħajja nwessaħħom
u nħaddan il-ġid
U għinni
biex nieqaf mill-ġdid fuq saqajja,
Darb’oħra
nitwieled , nirxoxta mill-ġdid.
Insib
iż-żmien kollu biex miegħek nitkellem
U nersaq u
nirfes l-ispazji ta’ ħdejk,
Infittex li
nirgħa’ kull fejn hemm il-ħlejju
U tiddi fuq
wiċċi d-dija t’għajnejk.
Ħallini ħa
nerġa’ nitrejjaq mill-għasel
U nisma’ xi
jqanqal l-ispirtu mifxul,
Il-qalb li
bdiet tħabbat għax messet ix-xrara,
Xintilla li
tolqot ’l-bniedem mibdul.
Ħa nieħu
ftit nifs ‘mma mhux fl-arja moqżieża
Ta’ min
qatt ma ntrefa jew stagħdar fit-tajn,
Ta’ min qed
jintrass u jrid jirbaħ bl-imgħawweġ
Ta’ min hu
stunat, ma jixbaħx lill-oħrajn.
Ningħalaq
mhux aktar fil-ħabs ta’ madwari,
Imdawwar bil-ħażen,
bil-vizzji u tidwir,
Ta’ min qiegħed
jgħix ġewwa sħaba ta’gideb
U jtella’ l-faċċati
biex jaħbi t-tinwir.
Alfred
Grech.
25/09/2023
Comments
Post a Comment