Ħarist Lejk.
Ħarist lejk
u sibt il-ferħ,
U sibt
xintilla, sibt xrara li ħarqitni,
Sibt dinja
ġdida dinja msaħħra
U tiffieħa
li stajt naqta’
Minn siġra
pprojbita.
Ħarist lejk
u bqajt ma ntbaħtx
Biż-żmien
mitluf li qatt ma wasal
Bil-ħin li
stajna għaddejna
Fuq bandla
ta’ tfulitna
Fil-ġnien
fejn konna mdorrijin inżuru
Hemmhekk fejn
hemm jilgħabu t-tfal
Ta’
mingħajr ħażen.
Ħarist f’għajnejk
u ntbaħt
Li l-ħajja
hi waqtiet
U li kull
waqt eternita’
Fil-kisra t-għajnejk
Fil-ħlewwa
ta’ ħaddejk
U fit-tbissima
ta’ fuq xoftejk.
Imbagħad għamiltni
lsir ta’ sbuħitek.
Alfred
Grech
20/09/2023
Comments
Post a Comment