Bħal
Siġra Li Qlajt Minn Għeruqha.
Bħal siġra
li qlajt minn għeruqha
Pingwin illi
tfaċċa f’desert,
Jew torri
fin-nofs ta’ foresta
Stunata din-nota
f’kunċert.
Jien ngħix
qalb in-nies ta’ did-dinja,
Ħaruf qalb
il-merħla ferut,
Kefrija tal-bniedem
li jaħkem;
Torturi i
jtuk sa ma tmut.
Jien ngħix
id-duħħan ta’ kull għodwa,
Id-dwejjaq
xħin tgħodos fil-qiegħ
Tkekixa ta’
ħares li jbezza’
Il-ġenn ta’
min joħlom qatigħ.
Alfred
Grech
14/09/2023
Comments
Post a Comment