Dieqa.
Fl-abbiss
ta’ ruħek
Int taf l’għamilt
ħażin
U titlef
is-sabar.
Għakemm
għoġbitek is-sejħa
U dak li
kont qed tgawdi
Tifkira li
qatt ma ridtha tgħaddi
Inkella tinsa’.
Id-dehera
sabiħa
U gawdija
kemm trid
Iżda bħal
Narċiżu
Jekk tmiss
wiċċ l-ilma
l-immaġni
titħassar.
Alfred
Grech
12/09/2023.
Comments
Post a Comment