Fidwa.
Li nniegħes lili nnisi f’nagħsa ħelwa
U nwarrab
kull tingiża ta’ rimors,
U le biex
nidher ifrem milli jmissni
Jew f’tat-tjubija
nidħol f’xi konkors.
Biex nagħsar
ta’kull jum is-sugu tiegħu
Ta’moħħi
nkeċċi x-xjaten minnufih
Banali t-tila
illi fuqha npinġi
l-ilwien, li
bħal burdati ma kull riħ.
Inkella nibda
noħlom giljottina
Filwaqt li npejjep
pipa bil-ħaxix,
Infittex gomma
li ’l-dnubieti tħassar
U d-drawwa
li mingħajrha ma ngħaddix.
Alfred
Grech
16/09/2023.
Comments
Post a Comment