Għajnejja Tqalu.

 

Għajnejja tqalu bis-sogħoba tat-tamiet

Li għabu

U jinfetaħ quddiem għajnejja s-siparju

Tal-ġejjieni mudlam

Raġġ dawl li ma jinfidx iċ-ċpar

Tal-perċezzjoni

Fanal fuq l-għola punta ma jnebbaħx

Lill-baħħara 

U ma jdawwalx

Ilma mdardar bid-dnubiet

Ta min jaf ħafna

U ta’ min huwa għaref

Inġorr mal-buffuri tat-tramuntana

l-irdum iwissi lil min

irid ikejjlu

U l-gawwi bil-ġuħ

Jisseqqer fuq wuċċ il-baħar.

 

Hwejjeġ mibdija

U mhumiex mitmuma.

 

Alfred Grech

28/09/2023.

Comments

Popular posts from this blog