Iqasqsuk.
Jekk togħla
’l-fuq mis-sħab
Issib lil
min iħamġek
Issir għasfur
mitluf
Fi żmien il-passa
Jixkubettjawk
ix-xemx
tħoll ix-xema
ta’
ġwenħajk
isammruk b’xi
skandlu
salibek
il-fastidju
li tajt lil
xi waħda
lanqas biss
tafha.
Jekk togħla
’l-fuq mis-sħab
Issib ’l-allat
t’olimpu
Jistennewk
Iqasksuk
Iqassruk
U jdaqsuk
Biex rasek
ma tikbirx
U ssir
bniedem bħall-oħrajn.
Alfred
Grech
06/09/2023
Comments
Post a Comment