Monument.

 

Jien hux se nħalli torrijiet mibnija,

Ħażna flus, ġawhar fin, ħaġar prezzjuż;

U ma nħallix arkati trijonfanti

U lanqas ġol-irħam wiċċi gustuż.

 

Il-monument li nħalli wara mewti

Hu ward ifuħ, qawsalli kollha lwien,

Il-ħolm li noħlom meta mqajjem,

Bżieżaq tal-arja imxerrda kullimkien.

 

Il-monument li nħalli wara mewti

Wild is-sabiħ li ma jinbidel qatt

Għanjiet l-għasafur iberraħ il-ferħ tiegħu,

Leħen il-mewġ ibus sider ix-xatt.

 

Alfred Grech

15/09/2023.

Comments

Popular posts from this blog