Nixgħel Fjamma.

 

Nixgħel fjamma oħra xħin titlaq inti

U t-tentazzjoni li nerġa’ mmur

Fl-istess sqaqien ta’ dinja antika

Tiżdied minn waqt għall-ieħor.

Għidli jekk qattx iltqajt ma iblaħ

Aktar ħieles minn dak li ġera

Wara l-friefet u l-bżieżaq tas-sapun.

Serqulna wkoll il-qawsalli

Biex issa jagħlu festa

Mis-sorpriżi tagħna

Biex issa kollox wita’

U ż-żurżieqa lejn l-abbiss

Saret destinazzjoni.

Xtaqt insib oasi fejn nistrieħ

Fejn nista’ nerġa’ mil-bir tal-tifkiriet

Intella’ ilma ġieri li ma jaqtax

U noħloq oħra bħalek

Biexnista’  inħares lejja nnifsi.

 

Alfred Grech

05/08/2023.

Comments

Popular posts from this blog