Serqulna l-Qawsalla.
Serqulna
l-bandiera,
Ħadulna l-ilwien.
Min lura se
jġinbhom,
Duħħan kullimkien.
U xejn mhu
bħal qabel,
l-imraqqa
miftuq,
u kollox
imqalleb
u ġie ta’
taħt fuq.
Serqulna
l-qawsalla
Ejn huma
l-allat?
Jintiehmu bl-imgħawweġ
F’pajjiż
iffullat.
Riġlejhpm
misluba
Idejhom f’xulxin
Ħalluhom ħa
jgħaddu
Kemm huma
mkabbrin?
Serqulna
l-qawsalla
Xħin konna
reqdin
U saru
kotrana
Itambru f’kull
ħin.
Ħalluhom ħa
jgħaddu
Jekk mhux
għall-infern
Jitilgħu l-ġenna
U jmissu
l-etern.
Serqulna
l-qawsalla
Xħin konna
reqdin,
Xħin konna
storduti
Fis-seigħa
u l-ħin.
Nistaqsu u
b’dan kollu
Lil min
jisfidaw?
Id-dritt li
hu sewwa?
Lejn xhiex
jimmiraw?
Serqulna
l-qawsalla
Ħadulna l-ilwien
Xħin jgħaddi
dan kollu
Nistaqsu:
Dan x’kien?
Għidulna
minn issa
Xi tridu
min-nies?
Dal fandarunati
U blugħa bla
qies.
Serqulna l-qawsalla,
Ħadulna l-ilwien,
Il-fwieħa. l-aroma
Inċens kullimkien.
Alfred
Grech
10/09/2023.
Comments
Post a Comment