Soġġettiva.
Int tibqa’
ma tifhimnix
U lanqas
tista’ qatt tittawwal
Mit-twieqi
tat-torri tiegħi
U lanqas
tista’ tkun ta’ fanal
Għal min
isalpa.
Sonda
spazjali
Li tirrifletti
l-kurrenti
U tieħu
l-enerġija
Biex tista’
tinnaviga
Bla qlugħ.
Bla lqugħ
tibqa’ nieżla
Fl-abbiss
tal-baħħ
Spazjali.
Tista’
tfittex fil-kraterji
Ta’ wiċċi
biex tkun taf
Jekk jien
qedx ngħid is-sewwa
Jew fit-tqanqil
tal-ilma jagħli
Sabiex tkun
taf
Jekk dak li
ngħidlek
Hux dak li
nħoss.
Alfred
Grech
26/09/2023
Comments
Post a Comment