Tgħallimt Dan Kollu.
Tgħallimt
dan kollu, mhux minn dak li taqra’
Minn kull
għalliem li ħalla l-marka tiegħu,
Minn xi
programm, mgħaġun, misjur minn qabel
Jew xi
kurrent ta’ ħsieba li jġorrok miegħu.
Jekk
tgħallimt dan, bis-swat li qlajt fuq ġismi
Jew biż-żelqiet
li żlaqt ma kull żellieqa,
Mid-disappunti
u s-sogħba ta’ li kull wegħeda
Li ma
twettqitx, jew baqgħet biss mixtieqa.
Jekk tgħallimt
dan, fil-forġa ta’ did-dinja,
Fejn issawwart,
imsammar fuq l-inkwina,
Jew illimat
bħal kieku biċċa għodda,
Ċappa ħadid
sa bqajt ftit ftit nirfina.
Jekk
tgħallimt dan, kull darba li ħbatt rasi
Kull darba
li għolejt ’l-fuq mill-bqija,
Kull xkiel
li sibt indur mal-kantunieri
Bla ma
staqsejt x’kien hemm miktub għalija.
Jekk
tgħallimt dan, b’kull waqa’ li bdejt naqa’
Xħin ittarraft,
kastig li mbagħad indara,
Kont nerġa’
nqum, nitfarfar, nibqa’ miexi
U l-logħoba
bqajt nilgħaba u xejn ma ġara.
Alfred
Grech
01/09/2023
Comments
Post a Comment