183.
Tremend
is-skiet ta’ dan il-lejl jistordi
Tisfir ta’
ġol widnejn iżommni mqajjem
Infittex skiet
perfett fejn nista’ nindem
U nerġa’
mmiss b’idejja l-ħolm li noħlom.
Tremend hu
l-ħmar il-lejl għal min hu sieket
U jaf li
fid-delirju jsib il-fidwa,
Li baqa’ ma
sabiex xħin kien imqajjem
U mexa
mal-kurrent ta’ dak li jiġri.
Tremend
huwa t-tgemgim ta’ min fis-sakra,
Ta’ min sab
ruhħu jgħum fuq wiċċ il-baħar,
Misjuq mill-ħsibijiet
tal-waħx u l-biża’
Tal-għada
illi jibqa’ qatt ma jisbaħ.
Tremend dan
kollu għal min lanqas jagħalaq
Għajn m’għajn,
għaliex il-ħin qatt mhu se jgħaddi.
Alfred
Grech
09/10/2023.
Comments
Post a Comment