184
Par ġwienaħ
biex nittajjar min jislifni?
Inkella leħen
ħlejju tal-għasafar
Sabiex intir
u ngħola ’l-fuq nisseqqer
U nħalli
dan l-ispazju mimli dwejjaq.
Irrid intir
bil-ferħ, għal darba ninsa’
Il-ħmieġ u
l-iskwallur fejn sibna rwieħna,
l-infern li
huwa l-wild tad-dilettanti
u npinġi
bil-kuluri tal-qawsalla.
Irrid intir
bil-ferħ, u ninfexx fl-għana
T’Orfew
il-Lira mbagħad irrid nissellef
U ngħola ’l-fuq
mis-sħab biex lanqas nilmaħ
l-abbiss li
fiħ jistaħba wild il-bniedem.
Għax għajb
għaliħ minn ħoloq din il-mandra
Li fiha
jrid jintemm l-itinerarju.
Alfred
Grech
10/10/2023.
Comments
Post a Comment