Fil-Mużew Nazzjonali Tal-Arti.

 

Hawnhekk qed tħossok sewwa għax xejn mhu jiġri

Nixtieq narak pittura ta’ bla isem,

Qawsalla ta’ kuluri jridu jfissru

Xi ħaġa li xtaqt int bla ma taf tlissen.

Imbagħad int tistaqsini x’qiegħed nara

Kemm ponot ta’ kuntatt fil-polz jippompja

Qed nara mingħajr melħ qiegħ is-salini

Fejn hemm qiegħdin jintemmu t-tamiet tagħna,

Inkella qed jinħaslu d-dnubiet kollha

Biex jirxuxtaw xi simulakru minsi

Ta’ dak li stajna nsiru ma bla rnexxielna.

Hekk nista’ nkun ed noħloq armonija

Bejn żewġ naħħiet megħdija biss fil-gwerra.

Dan jista’ jkun ukoll vjaġġ ta’ bla sfida

Awtoritratt imkeffen ġo baqalja

Dan jista’ jkun mural li jinseġ ġrajja

Jekk tħares sewwa lejja tibda tifhem

Kif jien fin-niċċa tiegħek nista’ noħloq

l-istil biex mill-kristall tas-sewwa toħroġ

U jien  girlana ninseġ li xi darba

ma ġismek dawra mejt għad indawwarha.

 

Alfred Grech.

13/10/2023.

Comments

Popular posts from this blog