F’Jum Għawdex.
Imbidel
wiċċek
Imbidlet
iċ-ċiera tiegħek.
Imbidlu wkoll
in-nies
Li jikkalpestaw
qoxortok.
U issa
ngħidu
Li ġejna ’l-quddiem.
Libbsuk il-porpra
U xeddewlek
kuruna
Serqulek ruħek
Ir-ruħ ta’ xi
mkien fejn wieħed jista’
Jsib ażil
Qalulna ż-żmien
inbidel
U li
ż-żmien ibiddel
U allaħares
ma kienx hekk
Int issa
sirt ix-xbieha
Ta kull
waqt fiż-żmien
Ta’ kwadru
li jinbidel.
Alfred
Grech
29/10/2023
Comments
Post a Comment