Halloween

 

Jien deformat sa minn qaddisi

Kemm ilni ngħix hawnhekk

F’dawn l-inħawi

Fejn jinżel l-ilma ġieri li ma jasqqix..

Jien ħadt il-qagħda ta’ dil gaġġa

Li kibret miegħi

Jien deformat daqs il-bebbuxu

Li ħa l-forma ta’ qoxortu

Inkella iffissat

Li qatt ma biddel l-arja.

Iktar ma jgħaddiu ż-żmien

Il-ħitan ta’ dan il-ħabs

Iktar jogħlew

U d-dalma tal-abbiss

Issir bla qiegħ.

Imm’hemm sema

Fejn nista’ ntir

Beraħ fejn nista nimraħ

U poeżija

Li nista’ nikteb.

 

Alfred Grech

31/10/2023

Comments

Popular posts from this blog