Hawnhekk Imċajpar Kollox.

 

Hawnhekk imċajpar kollox, fejn jien sejjer?

Nixtieq hemm id li tiġbed qed l-ispaga

Xi minn daqqiet inħoss ir-riħ jimbotta

Inkella l-pinna tikteb trid xi saga.

 

Nixtieq suġġeritur minn wara l-kwinti,

Jew anġlu ma jidhirx magħżul għalija,

Nixtieq li nemmen illi hemm mogħdija

Li minnha nista’ ngħaddi ’l-bogħod mill-bqija.

 

Fejn sejjer jien ma nafx u lanqas kieku

Kont naf fejn hi t-trieq ma kont se nsibha

Għax jekk ma nafx fejn jien jew fejn jien sejjer

Ma nista’ ngħid li qed fuq liem’ xaqliba.

 

Alfred Grech

19/10/2023

Comments

Popular posts from this blog