Illum Mhuwiex
Jum Tajjeb.
Illum mhuwiex jum tajjeb biex tkellimni
Inkella ara kif bieb ieħor ħabbat
Bħal dak li llum mar fettex art għammiela
Għaliex ma kiex biżżejjed dak l-imperu
Li bena fis-sqaqien ta’ din il-ħajja.
Fid-dwejjaq it-thewdin hu l-ħoqien tiegħi
Fis-skiet bħal martell tkisser ir-rubini
Il-kelma li ma taf
ebda konfini,
Mnejn tlaqna ma nafux u fejn ser naslu
Mistur se jibqa. Kuljum pass pass jgħaddi
Bħal-impulletta r-ramel, biex jekk tibqa’
Tgħum f’wiċċ l-ilma tkun biss bużżieqa t’arja.
Alfred Grech
02/010/2023
Comments
Post a Comment