Immorru.

 

Immorru lejn dawk l-inħawi

Fejn it-toroq ma jwasslux.

 

Immorrru l’hemm lejn ix-xifer inevitabbli

Tal-irdum fejn jaqgħu u jitfarrku

It-tifkiriet u l-ħwejjeġ kollha

Li m’għadomx aktar meħtieġa

Fuq din il-ferrovija

Li tibqa għaddejja u taqsam il-fruntieri

Bla waqfien.

 

Immorru ’l-hemm u naqbżu kull xkiel u barrikati

Insibu ruħna qed nintilfu minn sensina

Fi spazji li ma nagħrfux u ma nafux.

 

Immorru ’l-hemm

Għaliex iż-żmien

Vleġġa waħda għandu

U tipponta dejjem

Lilhemm.

 

Alfred Grech

11/10/ 2023

Comments

Popular posts from this blog