Poeżija.

 

Weħida toħroġ it-tnegħida

Duħħan minn goċ-ċumnija

Jisfida sema msaħħab

Qċaċet li joborxu s-sħab

Bl-uġih ta’ ruħ qed tegħereq

Għax il-mewt toqtol il-fjamma

Li titkebbes ġo fina.

Kull għajta li toħroġ mill-qalb

Tsfida l-eqdem mafkar

Leħnek ma jmut qatt

U sbuħitek tibqa għal dejjem.

 

Alfred Grech

23 ta’ Ottubru 2023.

Comments

Popular posts from this blog