Sbuħija.
Lanqas is-sbuħija
ma trodd id-dieqa
ta’ dak li
m’għadix kliem sabiex infissru,
il-ħsieb
bħal magħtub li qajla jsta’ jlaħħaq
mar-ritmi
ta’ kuljum.
Xħin toħriġ
it-tnehhida
bħal vulkan
li jaħli d-dieqa tiegħu.
Imbagħad taqa’
l-kalma,
jibbnazza u
jinżel is-skiet.
Bħal ħolma
mnaqxa minn leħħa ta’ berqa
fuq il-blat
għeri tal-bruda
magħmula mit-tafal
tal-art
sakemm issir
twemmin lI fih trid tafda
jekk trid mill-ġdid
li terfa’
Il-madmad
ta’ kull għodwa.
Nixtieq li
għandi fil-bir ta’ ruħi
t-tqanqil
li qed tistenna biex jirxuxtak,
u nixtieq ukoll
li kont il-mera
li fiha
tirrifletti l-ħeġġa tiegħek,
imma
miniex.
Alfred
Grech
04/10/2023
Comments
Post a Comment