Tqila

 

Tqila din kull filgħodu tqum u terfa’

It-toqol fl-istennij ta’ jum ieħor.

Int forsi tħares lura biex tistaqsi

Għaliex għotort u sibtha hekk bi tqila.

Insejt int l-sqaqien li fihom dħalna,

Li rdumijiet lli magħhom ixxabbatna?

Int forsi nsejt is-saħta li bagħtulna

U l-qilla tal-allat qrib il-quċċata

Int forsi nsejt il qiegħa fejn twelidna,

l-għaks, iż-żebliegħ, dak kollu tal-mistħija,

U l-ebda riħ ma nefaħ fil-qlugħ tagħna

U jekk s’hawnhekk wasalna għax Alla magħna.

 

Tqila, ta’ kull filgħodu tqum biex terfa’

It-toqol li ħaddieħor telaq f’ħoġrok

U ma tistax tittama li xi darba

Jitfaċċa ċirinew biex jgħinek terfa’.

 

Tqila, ta’ kull filgħodu terġa lura

Għal passi li passejt f’dik il-mogħdija

Li minnha għaddejt kuljum għall kemm il-darba.

 

Alfred Grech

17/10/2023.

 

Comments

Popular posts from this blog