U Jiensa Ngħid.

 

U jiena ngħid

Li m’hemm xejn ġdid

Li tista’ tikxef.

 

Ilek ma tiġi tbusni

Biż-żħiffa tal-majjistral

Tmelles mingħajr biss

Tħabbilli xagħri.

 

Ilek ma tniggiżni

Bħal ruħ migduda

Li trid taħrab

U ma tistax.

 

Wiċċek wiċċ il-ward iwarrad

u kull bewsa li tfaqqali

issir kraterju fuq wiċċ iż-żmien.

 

Jinxfu l-għejjun

Jitħassru l-għeliem

Li ħallejt fir-ramel tax-xtajta

Meta għaddejja nkiss inkiss

Ħallejt il-marki ta’ saqajk

 

U jiena nibqa’ ngħum

Fil-mewġ tal-burdati.

 

Alfred Grech

27/10/2023

Comments

Popular posts from this blog