Irid Ikun Is-Seħer. Irid ikun is-seħer li jaħraq It-toqol ta’ kull kelma Iridu jkunu t-tqanqiliet li joħolqu kwiekeb ġodda. Kif tegħeleb il-biża u qtigħ il-qalb Ta’ min iqum filgħodu Maħsud minn ħolma kera U jrid jerġa r-riedni jaqbad U jagħmel ta’ bir-ruħu qed isuq? Lanqas naf għax dakinhar iċċaħħadt minnek Lanqas naf għaliex kelmti ma żammejtx. Kif kont inħossni dakinhar Ma jixbaħ xejn l-imbatt lki hawn madwari U l-ħolm ta’ qabel it-tbexbix Hu aktar ċar minn dak ta’ wara tlugħ ix-xemx. Trid tifhem li qed ngħixu Fuq xifer il-bużżieqa U xħin tinfaqa’ din ma jibqa’ xejn Mank biss il-ħsieb, il-ħolma u t-tifkira U dak li hemm bejnietna għal darba tnejn. Alfred Grech 08/04/2022.
Comments
Post a Comment