Għajjejt.
Għajjejt u qtajt nifsi
Ma nistax inlaħħaq miegħek
Il-passi tiegħek itwal minn
tiegħi
U għandek ritmi ma jintlaħqux
Kif tista’ ġewwa kjostru
Toħloq xena ta’burdell
Jew il-ward li għadda żmienhom
Terġa’ trawwem fl-istaġun?
Issa għajjejt; qed naqta’nifsi
Issa għajjejt u qbadt
in-niżla
Inxejjirlek u nsellimlek
Qed nitbiegħdu minn xulxin.
Dan hu t-tarf fejn ridna
naslu
Dan hu x-xifer mnejn se
naqbeż.
Alfred Grech.
24/11/2023.
Comments
Post a Comment