Ologramm.

 

Imbagħad erġajna lura għax belgħana

Il-baħħ li ma kien xejn, duħħan fil-beraħ,

Bħal mera quddiem oħra tirrifletti.

Xħin tlaqna aħna xejn ma kien għad baqa’

U kollox ma kien xejn inkella ndara.

U lanqas setgħet kienet ħolma oħra

Inkella li xi ħadd bl-ispaga jiġbed

Bl-addoċċ fuq tikek tridimenzjonali.

Fix-xifer tal-irdum imbagħad fesdaqna,

Ferrixna bħal petali l-poeżija

U ridna din għal dejjem illi tibqa’

Tinbieħ ta’ ħafna sillabi skattati

F’sekwenza li rxuxtat l-infern tar-ritmi.

U deherli li smajt leħnek ja sibilli

Tqasqas il-ħsejjes, kliem li mank jinftiehem

U jien  filwaqt li ħtaf is-sensazzjoni

Intbaħt li qatt u xejn ma kien għad ġara.

 

Alfred Grech

13/11/2023

Comments

Popular posts from this blog