THEWDIN

 

Bħal diwi jtenni dak li kellna f’moħħna

Marsusa f’dellijiet tal-għawġ mistħajjel

Morsa ta’ħolmu salt kitbiet fuq mafkar

Li għad iridu juru fejn qatt konna.

Dan it-thewdin, graffiti jfissu ħlieqa

Inkella aħbar li tkun rivelazzjoni

Tax-xejn li aħna nkella minn fejn ġejna,

Iżd’aktar żmien ma jgħaddi nsiru aktar

Bħal barranin fil-qoxra tagħna nfusna

Fuq mejda tal-biljard id-dinja tagħna

Ġo baħar iffriżat xurban fl-ispazju.

U jista’jkun ukoll xi darba ngħidu

Aktarx li din id-dinja mhix pajjiżna

Pjaneta li sammritna mall-ġejjieni

U tagħtna l-qilla li kburin nistaqsu

Minn fuq il-qċaċet li xi darba għad nilħqu

U ġewwa l-ġrajja mhix miktuba ndommu

l-annali deludent u ta’jasar.

Niddejqu xħin ninġabru taħt l-eklissi

Ta’ ruħna nilmħu l-kapsula spazjali

Li toqrob lejn ġudizzju  universali.

Fiż-żmien dan kollu tħabbar mill-profeti

Li qalu wkoll li għad mill-ġdid nitwieldu.

 

Alfred Grech

11/11/2023.

 

Comments

Popular posts from this blog