Posts

Image
  X’Jgħaddili?   X’jgħaddili jien minn moħħi Inħares fiss f’għajnejk Nistaqsi jekk hux żmieni W’iġġorrni fuq spallejk.   Dal-ħin lil nqatta’ miegħek Fi ħdan l-eternita’ Jinsab imnaqqas sewwa Fil-fond bl-intensita’.   X’jgħaddili jien minn moħħi Inħares fiss f’għajnejk F’inżul ix-xemx imdieheb U l-ħmura ta’ ħaddejk.   Alfred Grech 14/09/2020.
Image
  Mistoqsija.   Jien kont se nistaqsik Hawn x’ġibtni nagħmel? Nagħmillek din il-mistoqsija Għalxejn Kien aċċident, destin inkella x-xorti Tistaqsi toqgħod aktar Mhemmx għalfejn.   Jien kont se nistaqsik Sa fejn se naslu? Iżd’inti bħali w’salt f’xifer tal-irdum. Torqod u tqum Hux ħaj inkella mejjet U din hija r-rutina ta’ kulljum.   Alfred Grecvh 14/09/2020
Image
  L-imħabba Tiegħi.   L-imħabba tiegħi għandha minn tal-bandli Waqtiet inkun minn taħt, waqtiet minn fuq Xħin jitla’ l-ajru kollox idur miegħu Xħin jgaddi kollox ngħid li ġejt misjuq. Hemm leħħiet li qatt ma jidhru Hemm qċaċet li ma jidhrux U hemm ħsejjes li ma jinstemgħux.   U kollha jħallu radda minn fejn jgħaddu Misjuq minn uragan li qatt ma fhimt Għandhom kollha s-sabih u l-ikraħ tagħhom Qidom karozzi   li nsuq qatt ma tagħllimt. Qed inħarbex bħal tiġieġa Nigref il-wiċċ u ma nsib xejn Lanqas xi leħħa li trejjaq bil-ħlewwa Aħseb u ara li toqgħd flimkien.   Alfred Grech 14/09/2020.      
Image
Illum Bdiet Nieżla x-Xita.   Illum bdiet nieżla x-xita inħalluha għal darb’oħra għax fix-xehir, fil qtar tad-dmugħ il-qalb lanqas ma teħber u l-leħħa ma tiġix minkejja li hemm il ħsejjes ikollok biss trambil fl-istonku u beraq li ma instengtħax.   Għal-lum ħalliha għad jiġi żmien aħjar għada nbakkru kmieni biex ngħidu li l-bieraħ ma kien xejn   Għaliex imqar xħin tiġi l-leħħa ma tridx min jersaq lejk itellfek . . . u trid taħtafha.   Alfred Grech 13/09/2020.
Image
  Lil Daphne.   Missjoni kbira din Akbar minn tal-profeti Li tagħti ħajjtek għal ħbiebek Imqar jekk tkun mibgħud u kkalpestat Għax tgħid is-sewwa. Missjoni kbira li tisfida Il-qawwa u s-setgħa ta’ Erodi Li mhija qawwa xejn għaliex imfassla Fuq ramel li jimxi Trid tkjun   xewka f’ġenbejhom Trid tkun martri Biex tħalli ħajjtek għal dak li temmen U tneħħi minn wiċċ il-ħajjiena Il-maskra tal-ħalliel. Trid tkun qalbieni Biex toħroġ il-far mit-toqba Fejn intasab imkullat Meta kulħadd u d-dinja kollha Tkun qed tħares x’imkien ieħor U ma temmenkx U tgħid li għandek Ilsien ta’ lifa. Tassew trid tkun eroj Għajta fid-deżert Li għalkemm weħida tkun qawwija u ewlenija Li tingħażel mill-oħrajn. Trid tkun qaddis Biex tħares f’wiċċ il-falz U tgħidli li qed jigdeb Meta l-art li fiha tgħix tkun nassa Għal min jinqabad ġewwa fiha.   Alfred Grech 11.09.2020.
Image
  Trapped.   She keeps hanging on to him Like a flea Even till the time when her flesh turned flabby And her skin became wrinkled And she seved no other Aestethic purpose. There was no reason for them to be together But still she hung on Like a fly in agony hangs Stuck to a cobweb. Because she is entangled She is trapped Transfixed. And still she keeps hanging on to him.   Alfred Grech 11/09/2020.
Image
  Riflessjoni.   M’hemm xejn Hemm biss it-telqa’ Ta’ dak li jimbuttak ’l-barra mill-baħħ etern   M’hemm xejn Hemm biss ir-rima Tal-fwieħa li tħalli U ttimbru ta’ ġismek Li jwelled bużżieqa arja Li tinfaqa’   Hemm jiena u int Li stajna nħarsu f’għajnejn xulxin U nintebħu aħna minn aħna Jew li m’aħniex l-istess U sirna nafu li mingħajr Xulxin ħadd minna Ma jagħmel sens.   Alfred Grech 10.09.2020