Impuls. Ġiet fuqna bħal buffura riħ U t-tnejn li aħna Lanqas bqajna nafu x’aħna nagħmlu. Imqar jekk ma narakx Int bħali bqajt tiġġieled U tilqa’ għal sidrek Il-ħalel u t-tempesti. Imqar il-mewġ li jiġi lura Iwieġeb għal sejjħet il-qalb Tinġarr kulljum mal-ħamla Tas-skiet marbut ma talbek. Dak kollu li ma stajtx tiftakar Inġarr mal-kurrenti tax-mara mitoloġika U bħalna nesa’ kif jgħum inkella jaqdef. Alfred Grech 15/10/2020.
Posts
- Get link
- X
- Other Apps
Trrid Tmur Lilhemm. Trid tmur lilhemm minn dak li jagħmlu Trid tibda taħseb li mintix Trid tibda tifhem xi ħaġ’oħra U tixref ftit minn taħt l-għarix. Trid tibda timxi fuq ix-xifer U tmur il-bogħod u tiġi qrib Sabiex ikollok dehera ġdida Biex tagħraf tirkeb kull tiġrib. U taf ukoll li għad tinħaraq Jekk tilgħab tgħaddi ż-żmien man-nar Irrid xi darba niġi s’għandek Nimxi bil-pass fuq it-tajjar. Alfred Gech 14/10/2020
- Get link
- X
- Other Apps
Imbagħad minn dak kollu li għedna Ma kien xejn, għax kien hemm baħar jaqsam. Lanqas ħaqq l-istennija u l-qtigħ il-qalb. Inqiegħed kollox ġewwa kwadru Filwaqt li qalbi tħabbat taħbit mortali Fil-qiegħ tat-tambur Bir-ritmi tal-qtiegħ in-nifs. Insibha bi tqila wisq inżomm f’wiċċ l-ilma Meta ħaddieħor qed jegħereq Qalb it-taqlib tal-inċertezza Is-simulakri tas-simultazzjoni. Insibha bi tqila ngħum fil-wiċċ mal-bqija Fdal ta’nawfraġju fi vjaġġ li qatt ma beda. Merfugħ fuq wiċċ l-idejn inħares fiss band’oħra Għaliex sal-lum għadni ma nafx X’inhu mistenni minni. Bqajt magħluq fi kwarantina Bit-tama li nibqa’ ngħix Għal dejjem. Alfred Grech 14/10/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
They Say Children need to be trained Because children know no boundaries Children need to be controlled And educated because they say the truth They say what they have to say And what they know. Then we got carried, sucked away By the hurricane of illusion And drifting on the tides of idoctrination The timeless moments of our feelings Are forgotten And all we have is duplication. Then when we become part Of a picture that we cannot see We feel we have been justified When we do not need to be When the tapestry we have weaved Has become reality. Alfred Grech 13/10/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Għidli. Iż-żmien li tagħmel mitlufa Fil-penumbra ta’ bejn id-dawl u d-dlam Fil-kjaroskur ta’ bejn id-dellijiet Ta’ bejn hawn u hemm Iż-żmien ma jgħaddi qatt. Għidli jekk tiftakarx dawk il-waqtiet Meta l-intonatura tal-ħsejjes kienu Jirrimaw mad-diwi tat-tokki U r-ritmi ta taħbit il-qalb. Għidli jekk tiftakarx dawk il-waqtiet Xħin tlajna kemm il-darba mas-sellum Immissu l-kwiekeb u nogħdduhom Filwaqt li bdew jintfew u jixgħelu. Għidli jekk tiftakarnix nitbandal Fil-benniena ta’ ħoġrok Nibki s-sliem u l-innoċenza U inti tgħanni għanja ta’ sema ġdid. Għidli jekk tiftakarx ukoll Il-biki li maż-żmien sar tinwieħ qares Bi ħsejjes illi għandhom Minn tal-assurd li mank jinftiehem. Sadanittant jien għadni hawn Imdawwar bil-ħitan li bnejt biż-żmien Nikkuntempla Xi jkun għaddej minn moħħok. Alfred Grech 12/10/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Away. It would be me and not the wind A moment of creation That scatters all your thoughts away It’s time for celebration. For once turn back and have a look How far you are from here; Away from all the needs and glaze Away from what is near. Away from people and from things You will renew your mission, Beyond the space, beyond the time The rest is intuition. Alfred Grech 10/10/2020.