Bħall-Allat Ġralhom. Huma qatt ma ntebħu li s-sens tagħhom ta’ glorja hu biss buffuri tar-riħ li jferrex iz-zerriegħa u meta jaqgħu minn fuq il-pedestall u jibqgħu jitgerrbu tgħid iħossuhom bħal Humpty Dumpty? Bħall-allat ġralhom ġew megħluba fit-tentattiv li jiksbu l-ħajja eterna u ma basrux li se jkun hemm min ser jisirqilhom id-dawl divin u issa lilna jakkuzawna li sirna għorrief bħalhom. Alfred Grech 13/12/2020.
Posts
- Get link
- X
- Other Apps
The Emperor’s New Face They expect us to be amused and get distracted when they up load their inebriety. We ordinary mortals are not amused with the antics of the power wielders and empire builders because we are the sober sensible folk who have traversed the length of the ocean of nonsense and incredulity These clowns answer to the jeers and claps of the ephemeral, the media. But once they betray themselves the fools that they are there are no clothes that could cover the emperor from the shame of his nudity. The rest of us are stand back and watch the comedy and the action because we all know the name of the game and could predict the result. Alfred Grech 13-12-2020-
- Get link
- X
- Other Apps
Imqar. Imqar jekk ngħid ridt ngħix f’dinja ġdida Swiet biss biex aktar nifhem it-taħbila Dil-passiġġata twila f’dawn l-inħawi Tax-xejn mhu xejn – iġġibha għalkemm bi tqila. Imqar jekk din ma kienet xejn għajr ħolma Simulazzjoni, l-akbar ologramma Ma jiswa’ xejn u xejn ma jibqa’ għal dejjem Inħliet is-sensazzjoni f’din id-dramma. Ma jibqa’ xejn mank fraka minn ta’ kewkba Tintrebaħ li din mhix għajr illużjoni U jekk il-ġrajja lanqas ta’ dan kollu Ma tiftakar, mhemm xejn għajr il-perverżjoni. Alfred Grech 11/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Kardinal. U tista’ tilbes l-aħmar il-ħin kollu U ma tkun xejn għajr prinċep bħall-oħrajn U tibqa’ għaddej għax taħseb li ħadd bħalek U tinsa l-inti ukoll magħmul mit-tajn. U tista’ titla’ wkoll fuq il-bradella, U tgħid u tagħmel ħafna għeġubijiet. U tħoll bħal silġa ’l-kull min qed jisimgħek U taf li dan duħħan xħin tkun fis-skiet. U tista’ tagħmel naqxa bik innifsek U taħseb li b’hekk tkun sirt int qaddis In-nies tgħollik; tintefaħ bik innifsek U ma jkun xejn għajr kobba bit-tqasqis. Alfred Grech 11/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
L-Imħabba Tiegħi. L-imħabba tiegħi bis-sussulti Kont nittama fil-ġejjieni Jew kont imbeżża’ Int kont ix-xefaq tal-ħarsa tiegħi Iżd’issa li baqa’ minn tiegħek Hu biss il-ħolm. Ħadd ma ħabbarli l-miġja tiegħek U jiena lanqas biss bqajt nagħżel Bejn ħolm u ħajja. Ittamajt biss fl-għada Li jżernaq Jew li jiżboq dak li qed nara Għalhekk ridtu jfur il-kalċi tiegħi Il-kalċi ta’ bla xeba’ U xorta nibqa’ ngħid Li qatt ma ltqajna. Alfred Grech 12/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Jien Xtaqt ukoll. Jien lilek ma narakx li qed tiġġieled. Titqagħab u tissara ma kull ħalla U l-mewġ li jiġi lura ġewwa sidrek, Il-mewġ tat-tifkjiriet, il-mewġ tad-dwejjaq. Hemm xitwa li qed tagħfas bħal ġejjieni Li huwa skur li fih ma tafx x’ser jiġri; Ħalliha li tkun xitwa għal min hemm barra Iżd’int li qiegħda hawn ġew kebbisli l-fjamma Li ssaħħan bħalma jsaħħan nar tat-tiben U għalkemm għal ftit, din hi l-imħabba tagħna. Jien xtaqt ukoll ninxteħet f’nofs ta’ baħar Taħt il-ħarsien tal-ġawwi qed inewwaħ Xenqet il-ġuħ. Jien xtaqt ukoll fil-wisa’ Ta’xefaq ta’ bla tmierm fix-xejn nintilef U ninsa’ li xi darba kont staqsejtek Jekk ħarstek daqs riġlejk kapaċi twassal. Alfred Grech 09/12/2020.
- Get link
- X
- Other Apps
Fil-Gaġġa Tiegħi. Toħodni lura lejn il- frugħa tiegħek Tgħollini ’l-fuq mis-sħab il-bogħod mil-kotra U fl-għera tiegħek tissikkani nidħol Fil-bitħa ta’ ħabs tiegħi u tad-dwejjaq. Minn fuq l-irdumijiet tas-sogħoba tiegħek Sabiex minn fuq ix-xifer timbuttani Imbagħad titlaqni, u tgħidli: rabbi l-ġwienaħ U jiena naqa’ f’għadab infernali. U jien illi ħajti ħlejta niġri Mal-bżieżaq tas-sapun u wara l-friefet Niskanta kif ma ntbaħtx xħin tkun tkellimni Xejn mhemm għajr il-kuluri tal-qawsalla. U bla ma naf inħossni qiegħed sewwa Fil-gaġġa tiegħi. Alfred Grech 07/12/2020.