Posts

Image
  Sraqna T-Tuffieħa Ta’ Ħaddieħor .   Din kelma li ma tfisser xejn X’hinu t-tifsir ta’ kull kelma? Għaliex qed titħassarni? Kemm jiena u int Għamilna l-għażla ta’ ħajjitna. Għal ftit ma kontx intossikat bid-droga tiegħek Għax taf li jiena dgħajjef, Għax kienet biss kwitjoni ta’ minuti Għax taf li ma hawn xejn li huwa qiegħed. Xħin l-ikoni u l-istatwi kollha jaqgħu u jitgerrbu Ma jibqa’ għalina l-ebda xifer Ma xhiex niggranfaw Għaliex kollox ikun waqaf Imqar tabit il-qalb. Int li dejjem ridt tistrieħ ma dan il-ħajt tal-kenn X’ser tagħmel Issa li s-sur iġġarraf? Qiegħdin ngħixu l-jasar li ġibna b’idejna Xejn ma jibqa’ Għajr is-sens tal-mistħija Għaliex sraqna t-tuffieħa ta’ ħaddieħor.   Alfred Grech 08/04/2021.
Image
  Jien Kont Miegħek.   Jien kont miegħek Imqar meta kont x’imkien ieħor M’mod distratt jew toħlom il-ġejjieni Jew x’imkien fejn qatt ma mort. Jien hemm ukoll kont F’dak is-skiet tremend Fejn lanqas tisma’ biss lilek innifsek Fejn imwarrba kont aħjar Fis-saltna tas-solitudni. Jien is-sieħeb tiegħek Fil-bogħod li kull ma jmur Qed iqarribna U mqar jekk ma nafekx Jien nagħddilek il-mewġ tiegħi Inkun miegħek ja mara li ma nafx Kull darba li tħossok waħdek X’imkien ieħor, Il-bogħod U qed tiżloq lejn l-abbissi.   Alfred Grech 06/04/2021.
Image
  Hemmhekk Titfgħek il-Ħajja . Hemmhekk il-ħajja tifgħek Biex tibla l-pirmli u tixrob is-xorb intossikanti Sakemm tisker fid-delirju alluċinanti   Hemmhek titfgħek il=ħajja Fis-sħab tal-fantasija Għaliex il-verita’ u s-sewwa jinkwinaw Il-mit tas-setgħa u min jiddobba biha   Hemmhekk titfek il-ħajja Biex tibda temmen fl-ogla sema Biex wara li tmissha taqa’ mis-sellum U ssir mitt biċċa Fl-emoreġija tad-dwejjaq għal mewt.   Alfred Grech 06/04/2021      
Image
  Still A Rat. You have become too much of a pedagogue Or worn the skirt of and executive You have become a  mechanism in the works Of the State And your glasses wear a smile. This is what they told you To find a place in the procession And to do as all the other do To perform to the ends of time Because of customs which rules the day And what you see the others doing Must be the right thing to do Never mind the pangs of conscience Or the signs of a revolt Or the urges of your passion You are told just to comply So as not to rock the balance Be responsible, be respected Be accepted like a rat.   Alfred Grech. 05.03.2021
Image
  Hekk dawk li ġew qabilna seħtu żmienhom Il-fjakkola li ntfiet għax ħarqet żejtha U qisha qatt ma kienet f’din il-ħemda Ta’ dlam etern, u qisha qatt ma kienet Għax lanqas biss it-tifi ma tiftakar U lanqas meta kien it-tkebbis tagħha U t-tifkiriet tal-ħajja illi għexet. Xejn mhu stampat fuq il-liżar tal-ħajja.   Lanqas int stess m’emmint dak li kont għedtlek Jew dak li ħsibt li int kont qiegħda tisma’. Qatt m’għaddielek  minn moħħok illi s-sewwa Qed jinbidel kull darba lil tistaqsi Jekk kontx jien, inkella kienx ħaddieħor Inkella meta r-riħ idur ninqabdu F’maltempata.                                     Kif nista’ jien infisser Vulkan li jrid jiżbroffa, jew baħar Li qatt ma kien ħanin u qatt ma ċeda. Hemm nar li qed iħeġġeġ jikwi ż-żonqor U faħam li minn fuqu rridu ngħaddu Ħafjin biex bit-tilqim għad...
Image
  Dan HU Kliem Tqil   Dan hu kliiem tqil: Xi minn daqqiet tieħu l-bixkilla B’dak li jinzerta jkun fiha   U tissaporti Iżda f’dan każ hemm aktar X’jimbuttak milli jiġbdek.   Xi minn daqqiet tigdem ilssienek Imqar jekk dak li tisma’ Mhu xejn għajr frugħa Jew lanqas ma jdoqqlok Għax hekk il-ħajja: Taqta’ l-qamħa mas-sikrana.   Xi minn daqqiet ma tkunx tista’ titħarrek Għax kull fejn tmur se tħossokm issikat U bibien magħluqa U mqar f’dik agunija ta’ dwejjaq Trid tissaporti U tgħid lii aħjar tgħixha dil-ħajja.   Iżda fik u miegħek Mhemm ebda fantasija li tista’ ssarraf dan kollu.   Alfred Grech 01/04.2021.
Image
  Ma N ħ oss Xejn .   Lanqas naħseb li għadek tiġi minni Għaliex xejn m’għandek li jixxiebaħ għajr il-fattizzi li minnhom   il-bniedem jixxiebaħ   u d-demm li jiġrinġewwa l-vini. Lanqas bi lsienna m’għadna nifteiehmu. Għalhekk jekk illum tlaqt jien qisni ma nafekx tistenninix warajk u t-tislima tiegħi tkun bħal dik ta’ xi ħadd barrani u ma jinbidel xejn f’jum ieħor tar-rebbiegħa imqar jekk ma nkunx hemm. Jekk niġi nkun ġejt biss għal wiċċ in-nies għaliex mill-bqija sirt bla qalb għax ma nħoss xejn.   Alfred Grech 21/0/2012