Jaħti Biss It-Temp. Jaħti biss it-temp li jbiddel il-burdati U jekk għalina hekk għax hekk darrewna Jekk għamilna hekk għax hekk rajnihom jagħmlu Ma nħossunix ħatja U m’aħna qatt se jqorru It-toqol tagħom. Jekk għamilna hekk Għax hekk darrewna Jekk għamilna hekk Għax hekk rajnihom jagħmlu l-istatwi jieħdu l-bixra ta’ min sawwarhom it-tfal joħorġu jixbħu lil min wellidhom. Bit-tagħlim tagħom kbirna U sirna nafu ħafna U stajna ngħarfu wkoll Li kollox attaparsi Li kollox teatrin Li tiegħu konna atturi U xħin irmejna l-kopjun sirna ħielsa. Imbagħad jum ieħor jgħaddi Bla ma jiġri xejn Ħlief li nibqgħu taħt il-madmad U nġorru l-valiġġi li issa tqalu. Alfred Grech 01/09/2021.
Posts
- Get link
- X
- Other Apps
Fissazzjoni . Inti għandek fissazzjonijiet diversi Jien dik li naf li jien nixtieq immut. Jekk nirkbu t-tnejn vagun ta’ ferrovija Int tasal qabli, dan destin misħut. Jien nibqa’ nħaffer fond fil-qabar tiegħi Infittex nara qatt insibx l’għaliex Nistaħba wara l-velu tat-tjubija U dak li jiena u int ma stennejniex. Alfred Grech. 27/08/2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Jekk tħallini. Jekk tħallini bix-xewqa Ssir misteru La tħeġġeġ wisq U lanqas tnin Bħaż-ż-żiffa ġġorr magħha l-aħbar it-tajb.a Jekk lanqas taf fejn sejjra aħjar Għax mhu se tasal qatt U ma jkollokx indiema Li xi darba għad tintilef. Jien nista’ biss noqgħod nistħajjlek Ġejja bil-pass meqjus U kull tektika tat-takkuna Intunata ma taħbit qalbi. Alfred Grech 26/08/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Logħoba. Il-Logħba tkun li tinsa’ fejn tkun qiegħed, Li tibqa’ għaddej, ma temmen qatt fit-tmiem, Li tibqa’ għaddej u taħseb l’hi tellieqa, Marda din, li taħkem lil kull min kien. Marda din li tnaqqar qisha susa Minn ġewwa. Minn barra ma tidhirx; Biex tinsa’ illi hawn mintix għal dejjem Bil-wegħa li ċ-ċirku ma jinkisirx. Alfred Grevch 24/08/2021
- Get link
- X
- Other Apps
Hekk Nagħmel Jiena. Hekk nagħmel jiena, Nonfoħ il-bżieżaq tas-sapun Biex nisfolja l-ilwien tal-qawsalla Fis-sħab tal-evanexxenza. Hekk nagħmel jiena Inpejjep il-weraq tat-tabakk Biex ninsa lit-taħbit ta’ qalbi Jgerrem is-sekondi Hekk nagħmel jiena Biex jgħaddi l-ħin U l-ħin jgħaddi. Alfrd Grech 23.08. 2021.
- Get link
- X
- Other Apps
Il-Mostru Li Ma jidhrix. Xħin tassew tkunu fixkiltu lill-kullħadd jekk għanhomx jilbsu l-maskra jew le; Xħin tkunu ħawwaddtu lill-kullħadd jekk għandhomx jitlaqqmu jew le; Xħin tkunu gerfixtu lill-kullħadd f’dak li jaħsbu f’dak li jgħidu; Xħin tkunu xekkiltu lil kulħadd bil-kotrolli u bl-issikkar taħt l-iskuża tal-marda li tittieħed jew il-ħasil tal-flus għildulna ftit jekk dan hux manikomju tal-għomja ta’ nies b’għajnejhom miftuħin; jekk huwiex ħabs ta’ bla ħitan, turrufnament fi djarhom stess. Spjegawlohom ftit għaliex dawn il-kontrolli inkella min hu l-monstru li baqa’ ma jidhirx. Alfred Grech 22.08.2021
- Get link
- X
- Other Apps
Imqar Is-Skiet. Imqar is-skiet tiegħek ifixkilni U lanqas kien in-nar Li ħaraq l-andar Għax iż-żiffa ġiet u ġarret kollox Is-sġra bdiet tinħarq bla ma taqbad. Ma kienx l-għana tas-sireni Li wassalni f’tarf l-irdum Jien minn qaddisi Ekwilibrista. Ma kienetx il-kurżita’ Inkella x-xewqa li nitbigħed Li fetħitli l-bibien Għas-swali tiegħek Għaliex din kienet biss Il-prova ġenerali. Alfred Grech 20/08/2021.